Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi tal‑Malti

Vetrina | Materjal | Skeda | Ħoloq | Aġġornamenti | Problemi Komuni | Macros

normancborg@gmail.com

Bħalissa qiegħed hawn: Vetrina > MAL1048 > Materjal

Sit elettroniku: verżjoni 2.3


IMPORTANTI!

Ikklikkja hawn biex twieġeb
staħriġa preliminari

Il‑materjal kollu f'dan is-sit elettroniku huwa miġbur f'fajls ikkompressati bis‑sistema ZIP u li jiftħu awtomatikament fil‑kompjuter malli jitniżżlu. Tiġi mitlub tagħti ċavetta elettronika (password) biex tiftaħ xi fajls minnhom. Din iċ-ċavetta tingħatalek waqt il‑lezzjonijiet.

 Kif tniżżel il‑materjal:

  1. Ikklikkja fuq l‑istampa tal‑fajl.

  2. Agħżel Open.

  3. Ikklikkja Unzip.

  4. Ittajpja ċ-ċavetta elettronika meta tiġi mitlub.

  5. Ikklikkja OK meta jidher il‑messaġġ li l‑proċess huwa komplut, u Close biex toħroġ mill‑WinZip Self-extractor.

Il‑fajls kollha għandek issibhom ġo folder f'C:/ghodmal/.

Ikkuntattjani jekk issib xi diffikultà.

 Il‑VLE tal‑Università

Jekk ikollok problema biex tniżżel il‑materjal minn dan is-sit, ftakar li tista' taċċessa l‑istess materjal mill‑VLE tal‑Università. Minn hemmhekk m'għandekx bżonn ċavetta elettronika biex tniżżel il-fajls.

 Qarrej tal‑PDF

Jista' jkollok bżonn tinstalla qarrej tal‑PDF biex tkun tista' tara l‑fajls tal‑format PDF. Ikklikkja l‑istampa t'hawn taħt biex tinstalla wieħed fuq il‑kompjuter.

Niżżel u nstalla l‑Foxit PDF Reader

  Folji ta' noti għall‑kors (Verżjoni 2.0)

Dan iż-ZIP fajl għandu fih il‑folji tan-noti kollha ta' din it-taqsima-studju. Inti mitlub tniżżilhom, tistampahom u ġġibhom miegħek għal‑lezzjonijiet. Ara Aġġornament 1/2011 dwar din il‑verżjoni l‑ġdida.

Niżżel il‑fajl mal1048pdf.exe Dokument: MAL1048notiV2b.exe - Daqs tal‑fajl: 6Mb

  Dokumenti għat-Taħriġ

Matul il‑kors se jingħataw xi testi biex tkun tista' taħdem fuqhom. Dawn tista' tniżżilhom minn hawn bħala dokumenti tal‑Word biex jekk trid tipprattika fuqhom id-dar ukoll.

Ikklikkja l‑istampa t'hawn taħt biex tniżżilhom.

Niżżel il‑fajl Taħrig1.exe Dokument: tahrig1.exe - Daqs tal‑fajl: 303k

Kull dokument jiffoka fuq xi elementi partikulari li se nkunu qed niddiskutu fil‑lekċers.

Aktar 'l isfel għandek issib tliet settijiet oħra ta' taħriġ ieħor, fosthom mudelli ta' karti tal‑eżami li ħarġu għal din it-taqsima-studju fis-snin ta' qabel.

  Dan huwa x-xogħol mitlub mill‑istudent għal kull taħriġ:

Dokument: T01aDecizjonijietMalta.doc
Dokument: T01bSeminarSkolaMaltimeNR.doc
Aqleb it-tipa għal waħda li tingħaraf mill‑Unicode; biddel l‑ittri Maltin fejn hemm bżonn (aċċenti inklużi); neħħi l‑linji l‑ħomor minn taħt il‑kliem.

Dokument: T02decizjonijietArius.doc
Aqleb it-tipa għal waħda li tingħaraf mill‑Unicode; biddel l‑ittri Maltin fejn hemm bżonn (aċċenti inklużi); neħħi l‑linji l‑ħomor minn taħt il‑kliem.

Dokument: T03decizjonijietTornado.doc
Aqleb it-tipa għal waħda li tingħaraf mill‑Unicode; biddel l‑ittri Maltin fejn hemm bżonn (aċċenti inklużi); neħħi l‑linji l‑ħomor minn taħt il‑kliem.

Dokument: T04stedina.doc
Aqleb it-tipa għal waħda li tuża l‑Unicode; biddel il‑Language function fil‑Word biex ma jibqgħux jidhru l‑linji l‑ħomor taħt il‑kliem.

Dokument: T05gharusa.doc
Daħħal l‑ittri Maltin; neħħi l‑ispazju żejjed wara kull punt.

Dokument: T06kuraminghajrtabib.doc
Aqleb it-tipa għas-sistema Unicode; biddel il‑Language function tal‑Word biex ma jibqgħux jidhru l‑linji l‑ħomor taħt il‑kliem; irranġa l‑ortografija skont ir-regoli l‑ġodda u uża kummenti u track changes; neħħi l‑ispazju żejjed wara l‑punt; biddel is-sing f'nonbreaking hyphen.

Dokumenti: T07Aleggendidahla.doc u T07Bleggendisilta.doc
Fid-dokument leggendidahla.doc irrekordja macro biex tneħħi l‑ispazju żejjed wara s-sentenza; agħlaq id-dokument u iftaħ leggendisilta.doc; uża l‑macro biex tneħħi l‑ispazju żejjed minn dan id-dokument.

Dokument: T08prokura.doc
Daħħal l‑ittri Maltin; irranġa fejn taħseb li hemm bżonn tibdil ta' punteġġatura; neħħi l‑artikli iżolati minn tarf il‑vrus; uża t-track changes biex timmarka ortografija rranġata.

Dokument: T09fratellanzi.doc
Daħħal l‑ittri Maltin; neħħi l‑ispazju żejjed wara kull punt; irranġa l‑ortografija skont ir-regoli l‑ġodda tal‑Malti, b'kummenti u track changes.

Dokument: T10televizjoni.doc
Oħloq werrej analitiku; ikkoreġi l‑ortografija skont ir-regoli l‑ġodda mxandra fid-dokument Deċiżjonijiet 1 u uża l‑kummenti u t-track changes; ara li l‑artikli ma jinfirdux mill‑kelma f'tarf il‑vers.

Dokument: T11libleh
Irranġa l‑apostrofu u l‑virgoletti biex jiftħu u jagħlqu sew (smart quotes.

  Aktar taħriġ

Niżżel il‑fajl Taħrig2.exe Dokument: tahrig2.exe - Daqs tal‑fajl: 106k

Niżżel il‑fajl Taħrig3.exe Dokument: tahrig3.exe - Daqs tal‑fajl: 99k

Niżżel il‑fajl Taħrig4kartimudell.exe Dokument: tahrig4kartimudell.exe - Daqs: 176k
Dan il‑fajl jinkludi fih karti tal‑eżamijiet tal‑kors li saru qabel.

Fuq


Materjal oriġinali
© Norman C. Borg, 2009-2011