Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi tal‑Malti


Macros għal MAL1048

Il‑module u d-dokumenti għall‑Microsoft Word (70 K)

Fajl imġedded

Il‑module u d-dokumenti għall‑OpenOffice.org Writer (272 K)

Macros għal MAL3010

Il-module biex tirranġa l-format tal-biblijografija għall-MLA 7 (2009) - MS Word 2007/2010

Kemm fil‑Microsoft Word kif ukoll fl‑OpenOffice.org Writer tista' tirrekordja sensiela ta' operazzjonijiet ħalli darb' oħra tħaddimhom kollha f'salt bi klikkjatura waħda. Dawn huma l‑macros.

Il‑Word u l‑OpenOffice jużaw sistemi differenti ta' kodiċi biex iħaddmu l‑macros tagħhom, għaldaqstant hawnhekk għandek il‑kodiċi differenti għal dawn il‑programmi.

Il‑fajl iżżippjat li tniżżel għandu fih il‑module (jew kodiċi) biex tinstalla fil‑word processor (l‑istruzzjonijiet issibhom fin-noti, Folja 16). Barra minn hekk għandu wkoll sensiela ta' dokumenti prova, biex tkun tista' tħaddem il‑macros fuqhom.

F'din il‑verżjoni il‑fajls għandhom tmien macros.

Il‑macros huma ta' dominju pubbliku u tista' tinstallahom fuq kwalunkwe kompjuter. Dawn il‑fajls m'għandekx bżonn ċavetta elettronika biex tniżżilhom.

arius2unicode

Din il‑macro tbiddel it-tipi tal‑alfabett Malti minn Arius (u t-tipi kollha tal‑istess familja maħluqa mis-Sur Karistu Abela fl‑1998) għal tipi li jaħdmu bil‑Unicode.

Decizjonijiet1Kap5

Din il‑macro tirreferi għat-tibdiliet li jidhru f'kapitlu 5 tad-dokument Deċiżjonijiet 1 (paġni 10-11). Użaha fuq dokumenti lesti biex tbiddel awtomatikament mill‑ortografija l‑qadima għal dik il‑ġdida. B'kollox tiċċekkja 62 kelma.

GolMalSalTal

Din il‑macro taġġorna dokumenti li kienu nkitbu qabel il‑pubblikazzjoni tar-regoli l‑ġodda tal‑ortografija, skont id-dokument Deċiżjonijiet 1 (Kunsill Nazzjonali tal‑Ilsien Malti 2008).
Il‑macro naturalment ma taġġornax kollox. Tiffoka fuq it-tagħqid tal‑partiċelli ġo, ma', sa u ta' mal‑artiklu.

simple2smartquotes

Din il‑macro għandha tliet funzjonijiet:

  1. Tixgħel awtomatikament l‑iSmart Quotes fl‑AutoFormat As You Type.
  2. Tgħarbel id-dokument u tbiddel il‑virgoletti dritti ma' dawk li jiftħu u jagħlqu (smart quotes).
  3. Terġa' tgħarbel id-dokument biex issewwi d-diskrepanza tal‑apostrofu mal‑prepożizzjoni ('l u 'il).

singmalkelma

Din il‑macro tbiddel is-sing normali ma' nonbreaking hyphen, biex l‑artiklu u l‑kelma jibqgħu flimkien anke f'tarf ta' vers.

spazjidoppji

Din il‑macro tnaddaf id-dokument minn spazzji żejda. Għandha dawn il‑funzjonijiet:

  1. Tneħħi spazji żejda wara punteġġjatura bħall‑punt, punt ta' esklamazzjoni u punt interrogattiv.
  2. Tneħħi spazji żejda f'partijiet oħra ta' sentenza.

Fejn hemm aktar minn spazju żejjed wieħed fid-dokument, ħaddem il‑macro aktar minn darba. Qabel ma tħaddem il‑macro tista' tixgħel il‑funzjoni Show/Hide biex tara fejn jinsabu l‑ispazji żejda fid-dokument.

 tabone2unicode

Din il‑macro tbiddel it-tipi tal‑alfabett Malti minn Malta (u t-tipi kollha tal‑istess familja maħluqa minn Tabone Computer Centre fl‑1993) għal tipi li jaħdmu bil‑Unicode.

tornado2unicode

Din il‑macro tbiddel it-tipi tal‑alfabett Malti minn Tornado (u t-tipi kollha tal‑istess familja maħluqa mill‑Advanced Projects Ltd / Eurosoft fl‑1992) għal tipi li jaħdmu bil‑Unicode.

Fuq

HTML link VLE tal-Universitą

HTML link Dipt. tal-Malti (Universitą)

HTML link Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti


Grupp Google Grupp Qarrejja tal-Provi

Paġna FaceBook Għaqda Qarrejja tal-Provi


HTML link Korpus tal-Malti (MLRS)
HTML link Il-Ġabra


HTML link Chartered Institute of Editing and Proofreading

HTML link Simboli tal-qari tal-provi (Interactive Training Ltd)


Paġna FaceBook KelmaKelma


Materjal oriġinali © Norman C. Borg, 2009-2021