Noti dwar l‑aġġornamenti li jsiru fuq is-sit u
l‑materjal tal‑kors minn żmien għal ieħor. Aġġornament
1/2011
Il‑verżjoni l‑ġdida tan-noti fiha taqsimiet differenti għal
min juża l‑Windows XP, il‑Windows Vista jew
il‑Windows 7 u xi operating
system tal‑Linux, bħall‑Ubuntu (11.04 jew
verżjonijiet aktar riċenti). Għalkemm in-noti jinkludu
għajnuniet għall‑Microsoft Word 2003, ix-xogħol fil‑laboratorju
se jkopri biss il‑Word 2007 u l‑Word 2010. Dan għaliex il‑Word
2003 m'għadhiex installata fil‑laboratorji tal‑Università. Jekk
qiegħed tuża l‑Word 2003 xorta waħda tista' timxi man-noti u
tista' tikkuntattjani fil‑każ li jkollok problemi. Għal issa dan
is-sit ukoll se jibqa' jipprovdi għajnuna għall‑Word 2003.
Biss ftakar li l-eżami se jsir fil-laboratorji bil-Word 2010.
Għaldaqstant nirrakkomanda lil min mhux midħla ta' din
il-verżjoni tal-Word biex jipprova jippratika ftit fuqha. |