Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi tal‑Malti


Skeda tal‑Eżami

Data: Titħabbar aktar tard

Ħin: Jitħabbar aktar tard

Tul: Siegħa u 45 minuta

Lok: online

  X'inhu mistenni fl‑eżami?

l‑eżami se jiffoka fuq l‑għodod prinċipali fil‑Microsoft Word (jew kwaluknwe word processor ieħor) li jkollu bżonn qarrej tal‑provi: jiġifieri l‑Find and Replace u t-Track Changes.

  • Użu tal‑Find & Replace għal skopijiet varji
  • Użu tal‑vokali aċċentati fejn hemm bżonn - Folja 01
  • Qlib mill‑alfabett Ingliż għal dak Malti (minn ‘h’ għal ‘ħ’, eċċ) - Folja 06
  • Użu tan-nonbreaking hyphen għas-sing tal‑artiklu Folja 07
  • Użu tal‑virgoletti ‘intelliġenti’ u l‑apostrofu - Folja 08
  • Korrezzjoni ġenerali tal‑ortografija manwali jew awtomatizzata (mingħajr l‑użu ta' macros) - Folja 09
  • Track Changes: kif tixgħel il‑funzjoni u kif titfiha f’dokument; kif taħbi t-track changes - Folji 10 u 12
  • Kummenti: kif toħloqhom u kif issegwi jew tiċħad kummenti ta’ ħaddieħor - Folja 11

Lura għall‑Iskeda

Fuq

 

  Proċedura

Dan huwa eżami mid-dar. Għalkemm tista’ tuża dizzjunarji, kotba u materjal ieħor, waqt l-eżami ma tistax tikkonsulta studenti jew nies oħra. Wara l-eżami l-Bord tal-Eżaminaturi jista’ jsejjaħlek għal intervista biex jiddiskuti xogħlok. Din tgħodd għal kull eżami mid-dar.     

Jekk matul l-eżami ssib xi diffikultà, tiktibx lil-lettur/i tiegħek. Ikkuntattja minnufih lis-Segretarju tad-Dipartiment tal-Malti, malti.arts@um.edu.mt jew 2340 3303, jew lid-Direttur tal-Fakultà tal-Arti, is-Sa Doreen Attard, fuq in-numru 2340 3082. Jekk tagħmel kuntatt mal-letturi waqt l-eżami tkun qed tikser il-Kodiċi tal-Unur.  

Aqra l-istruzzjonijiet sew. Meta tlesti xogħlok, tellgħu fil-WISEflow. Tħallix għall-aħħar biex ittellgħu.

Waqt l-eżami żomm il-mobile ħdejk għax l-Università tista’ tibgħatlek avviżi importanti b’SMS. Il-laptop żommu ċċarġjat ħalli jekk jinqata’ d-dawl tkun tista’ tibqa’ taħdem għal xi sigħat.

Biex ma titlifx xogħlok, nagħtuk parir li, qabel ma tibda tikteb, tagħti isem lid-dokument u tissejvjah. Importanti li tattiva l-funzjoni awtomatika li tissejvjalek ix-xogħol regolarment. Inħeġġuk ukoll toħloq kopja tad-dokument f’sistema oħra billi tpoġġih f’folder li jissinkronizza ma’ sistema bħad-Dropbox jew il-Box, inkella billi kull tant ħin tikkopja d-dokument fuq flash drive jew network drive.

Lura għall‑Iskeda

Fuq

HTML link VLE tal-Universitą

HTML link Dipt. tal-Malti (Universitą)

HTML link Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti


Grupp Google Grupp Qarrejja tal-Provi

Paġna FaceBook Għaqda Qarrejja tal-Provi


HTML link Korpus tal-Malti (MLRS)
HTML link Il-Ġabra


HTML link Chartered Institute of Editing and Proofreading

HTML link Simboli tal-qari tal-provi (Interactive Training Ltd)


Paġna FaceBook KelmaKelma


Materjal oriġinali © Norman C. Borg, 2009-2021