arius2unicode
Din il‑macro tbiddel it-tipi tal‑alfabett Malti minn Arius (u
t-tipi kollha tal‑istess familja maħluqa mis-Sur Karistu Abela
fl‑1998) għal tipi li jaħdmu bil‑Unicode.
Decizjonijiet1Kap5
Din il‑macro tirreferi għat-tibdiliet li jidhru f'kapitlu 5
tad-dokument Deċiżjonijiet 1 (paġni 10-11). Użaha fuq dokumenti
lesti biex tbiddel awtomatikament mill‑ortografija l‑qadima għal
dik il‑ġdida. B'kollox tiċċekkja 62 kelma.
GolMalSalTal
Din il‑macro taġġorna dokumenti li kienu nkitbu qabel
il‑pubblikazzjoni tar-regoli l‑ġodda tal‑ortografija, skont
id-dokument Deċiżjonijiet 1 (Kunsill Nazzjonali tal‑Ilsien Malti
2008).
Il‑macro naturalment ma taġġornax kollox. Tiffoka fuq it-tagħqid
tal‑partiċelli ġo, ma', sa u ta' mal‑artiklu.
simple2smartquotes
Din il‑macro għandha tliet funzjonijiet:
- Tixgħel awtomatikament
l‑iSmart Quotes fl‑AutoFormat As You Type.
- Tgħarbel id-dokument u
tbiddel il‑virgoletti dritti ma' dawk li jiftħu u jagħlqu
(smart quotes).
- Terġa' tgħarbel
id-dokument biex issewwi d-diskrepanza tal‑apostrofu
mal‑prepożizzjoni ('l u 'il).
singmalkelma
Din il‑macro tbiddel is-sing normali ma' nonbreaking hyphen,
biex l‑artiklu u l‑kelma jibqgħu flimkien anke f'tarf ta' vers.
spazjidoppji
Din il‑macro tnaddaf id-dokument minn spazzji żejda. Għandha
dawn il‑funzjonijiet:
- Tneħħi spazji żejda wara
punteġġjatura bħall‑punt, punt ta' esklamazzjoni u punt
interrogattiv.
- Tneħħi spazji żejda
f'partijiet oħra ta' sentenza.
Fejn hemm aktar minn spazju żejjed wieħed fid-dokument,
ħaddem il‑macro aktar minn darba. Qabel ma tħaddem il‑macro
tista' tixgħel il‑funzjoni Show/Hide biex tara fejn jinsabu
l‑ispazji żejda fid-dokument.
tabone2unicode
Din il‑macro tbiddel it-tipi tal‑alfabett Malti minn Malta (u
t-tipi kollha tal‑istess familja maħluqa minn Tabone Computer
Centre fl‑1993) għal tipi li jaħdmu bil‑Unicode.
tornado2unicode
Din il‑macro tbiddel it-tipi tal‑alfabett Malti minn Tornado
(u t-tipi kollha tal‑istess familja maħluqa mill‑Advanced
Projects Ltd / Eurosoft fl‑1992) għal tipi li jaħdmu
bil‑Unicode. |