Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi tal‑Malti


Din hija lista ta’ problemi komuni li tista’ tiltaqa’ magħhom u xi soluzzjonijiet. Kopja ta' din il‑lista tista' ssibha wkoll fil‑fajl PDF tan-noti.

Problemi li jirreferu għal operating system partikulari huma mmarkati fil‑bidu [XP], [VISTA] jew [Ubuntu].

Problemi li jirreferu għal programm partikulari huma mmarkati fil‑bidu [2003], [2007] u [OOo].

Problemi tal‑Internet huma mmarkati [Internet].

Problemi li m’għandhom l‑ebda marka jirreferu għall‑operating systems/ programmi ġenerali.

Jekk għandek xi problema partikulari li taħseb tista' tiswi għall‑kollegi tiegħek, ibgħathieli u ninkludi s-soluzzjoni tagħha hawn.

1. Għandi macro li tbiddel is-sing tal‑artiklu minn hyphen normali għal nonbreaking hyphen. Taħdem tajjeb fuq il‑parti l‑kbira tal‑hyphens, iżda xi ftit minnhom ma jaħdmux, u l‑artiklu u l‑kelma jibqgħu separati fuq vrus differenti.
X’aktarx hemm spazju bejn is-sing u l‑kelma ta’ warajh. Billi l‑artiklu bis‑sing jibqa’ waħdu fit-tarf tal‑ewwel vers, dan l‑ispazju tista’ ma tindunax bih. Sempliċement poġġi l‑cursor eżatt wara s-sing u agħfas it‑tast tad-Delete (Del). l‑artiklu u l‑kelma issa għandhom jinġabru flimkien fil‑vers ta’ taħt. Fuq

2. [OOo] Meta nuża l‑Find & Replace biex inbiddel it-tipi l‑antiki ta’ Tabone/Abela/Tornado, xi ittri jaħdmu, iżda simboli bħal [ jew \ il‑programm jgħid li ma jistax isibhom.
X’aktarx fil‑funzjoni tal‑Find & Replace għandek l‑għażla Regular expressions mixgħula (issibha billi tikklikkja l‑buttuna More options). Ara li l‑kaxxa fuq ix-xellug ta’ din l‑għażla ma tkunx ittikkjata, u erġa’ pprova. Fuq

3. [2007] Il‑Language fuq l‑iStatus Bar ma tidhirx. Ma nistax nissettja l‑lingwa kif irrid.
Ikklikkja bil‑lemin xi mkien fuq l‑iStatus Bar. Mil‑lista tal‑Customize Status Bar ara li Language tkun ittikkjata. Fuq

4. [XP] Il‑Language Bar mhux qed tidher fit-Taskbar.
Il‑Language Bar fl‑XP tista’ tidher fit-Taskbar isfel nett tal‑iskrin jew fuq nett, jiddependi mis-setting. Fuq it-Taskbar, ikklikkja bil‑lemin u agħżel Toolbars. Ara li Language Bar tkun ittikkjata. Fuq it-Taskbar, se tidher bħala kaxxa żgħira bl‑inizzjali tal‑lingwa kurrenti (eż. ML). Fuq nett tal‑iskrin se tidher bħala faxxa żgħira. Jekk ma tkunx tridha tidher hawn iżda fit-Taskbar, ikklikkja bil‑lemin fuqha u agħżel Minimize. Jekk tkun tridha tidher fuq nett, ikklikkja darba fuqha u agħżel Show the Language Bar.
F’xi każijiet jista’ jiġri li l‑għażla tidher, iżda ma tkunx tista’ taċċessaha għax tkun ‘mitfija’. Dan għaliex tkun dħalt fil‑Windows mingħajr ‘administrative rights’. Jekk il‑kompjuter huwa tiegħek personali, ibda l‑Windows mill‑ġdid u kun ċert li tidħol bħala ‘Administrator’. Jekk il‑kompjuter mhux tiegħek (eż. jkun tax-xogħol) ikollok titlob lil xi ħadd jagħtik il‑permess meħtieġ. Xi drabi, meta jkollok din il‑problema, tista’ ttella’ dokument fil‑Word, u l‑Language Bar terġa’ titfaċċa awtomatikament. Fuq

5. [Internet] Segwejt l‑istruzzjonijiet f’Folja 06 biex nissettja l‑Language Encoding fuq il‑browser tiegħi (UTF-8). Għalkemm l‑ittri Maltin qed jidhru sewwa fuq l‑iskrin, kaxxi jew simboli oħra baqgħu jidhru minflok il‑vokali aċċentati.
B’xorti ħażina ma tista’ tagħmel xejn għal din il‑problema għax ġejja mill‑paġna nnfisha, u x’aktarx huwa riżultat ta’ programmar ħażin min‑naħa tad-disinjatur tal‑paġna. Hemm ċans li jekk taċċessa paġni oħra bil‑Malti ssib li m’għandhomx l‑istess problema. Fuq

6. [XP] Issettjajt il‑Language u l‑Keyboard fil‑Windows u xi ittri Maltin qed jidhru tajjeb. Iżda meta nagħfas it-tast għaż-‘ż’ ma jiġri xejn.
Dan jiddependi mit-tastiera li għandek u mis-setting li tkun għamilt fit‑Text Services and Input Languages. Jista’ jkun li jkollok tastiera ta’ 47 tast iżda għandek is-setting għall‑48-key keyboard, jew bil‑maqlub. Idħol fit-Text Services and Input Languages (Folja 02a) u sperimenta biż-żewġ tipi ta’ tastieri. Fuq

7. Hemm mod fil‑Unicode biex iddaħħal l‑‘ie’ u l‑‘għ’ bħala ittra waħda (tuża tast wieħed)?
Le. Għalkemm aħna nqisu l‑‘ie’ u l‑‘għ’ fl‑alfabett Malti bħala ittra waħda, fis-sistema standard dawn huma żewġ simboli għalihom. Kien hemm tentativ biex isir dan f’xi fonts tal‑Malti antiki (Folja 05) iżda dan ma jinstabx fis-sistema Unicode. Fuq

8. Ma nafx kif neditja kumment fir-Reviewing tal‑Word.
Ikklikkja xi mkien ġewwa l‑kumment stess. Il‑cursor jidher iteptep hemm, u tkun tista’ żżid u tnaqqas minnu. Fuq

9. Meta nirċievi dokument bit-track changes jidhru, ħafna drabi jkun hemm ħafna kummenti u linji, u ma nkunx nista’ niddistingwi liema kumment jgħodd għal liema bidla f’vers wieħed.
Ħafna drabi, jekk ikunu saru ħafna tibdiliet f’dokument waqt li Track Changes tkun mixgħula, il‑Word jew l‑OpenOffice Writer se jaħżen il‑bidliet kollha, b’kumment fil‑marġini tal‑lemin u b’linja li tgħaqqad il‑kumment mal‑parti kkoreġuta fit-test. Jekk ikun hemm ħafna tibdiliet f’vers wieħed, se tidher tgeġwiġija. Biex tkun taf għal liema parti tat-test ikun qed jirreferi kumment, ikklikkja fuqu. Il‑linja teħxien u l‑kumment kif ukoll it-test partikulari jidhru b’kulur aktar skur mill‑bqija.

Fuq

HTML link VLE tal-Universitą

HTML link Dipt. tal-Malti (Universitą)

HTML link Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti


Grupp Google Grupp Qarrejja tal-Provi

Paġna FaceBook Għaqda Qarrejja tal-Provi


HTML link Korpus tal-Malti (MLRS)
HTML link Il-Ġabra


HTML link Chartered Institute of Editing and Proofreading

HTML link Simboli tal-qari tal-provi (Interactive Training Ltd)


Paġna FaceBook KelmaKelma


Materjal oriġinali © Norman C. Borg, 2009-2021