Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi tal‑Malti


Aġġornament 1/2013

Ix-xogħol fil‑laboratorju se jkopri biss il‑Word 2010. Dan għaliex il‑Word 2007 (u verżjonijiet aktar antiki) m'għadhiex installata fil‑laboratorji tal‑Universitą. Jekk qiegħed tuża l‑Word 2003 xorta waħda tista' timxi man-noti u tista' tikkuntattjani fil‑każ li jkollok problemi. Għal issa dan is-sit ukoll se jibqa' jipprovdi għajnuna għall‑Word 2003, Word 2007 u għal min jippreferi juża programmi fuq is-sistema operattiva Linux (ara l-paġna dwar problemi komuni).

Biss ftakar li l-eżami se jsir fil-laboratorji bil-Word 2010. Għaldaqstant nirrakkomanda lil min mhux midħla ta' din il-verżjoni tal-Word biex jipprova jipprattika ftit fuqha.

Aġġornament 2/2013

Minn din is-sena qassamt in-noti f'żewġ taqsimiet separati. L-ewwel taqsima (Folji 01 sa 06) tkopri x-xogħol preliminari li wieħed għandu bżonn biex jissettja l-kompjuter tiegħu għall-Malti. Xogħol li jinvolvi l-Microsoft Word 2010 jidher fil-folji tat-tieni taqsima. Dawn se jkunu aċċessibbli minn dan is-sit u mill-VLE aktar tard, fit-tieni semestru tal-kors.

Aġġornament 1/2017

Il-verżjoni 4.1 tan-Noti fiha b'kollox 25 folja. Dawn jinkludu tagħrif ġdid dwar il-Korpus tal-Malti (Folja 19) u l-Ġabra (Folja 20).

HTML link VLE tal-Universitą

HTML link Dipt. tal-Malti (Universitą)

HTML link Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti


Grupp Google Grupp Qarrejja tal-Provi

Paġna FaceBook Għaqda Qarrejja tal-Provi


HTML link Korpus tal-Malti (MLRS)
HTML link Il-Ġabra


HTML link Chartered Institute of Editing and Proofreading

HTML link Simboli tal-qari tal-provi (Interactive Training Ltd)


Paġna FaceBook KelmaKelma


Materjal oriġinali © Norman C. Borg, 2009-2021