Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi tal‑Malti

Vetrina | Materjal | Skeda | Ħoloq | Aġġornamenti | Problemi Komuni | Macros

normancborg@gmail.com

Bħalissa qiegħed hawn: Vetrina > MAL1048 > Staħriġa

Sit elettroniku: verżjoni 2.3


Inti mitlub timla din l‑istaħriġa qasira biex ikollna idea tat-tip ta' ħiliet li inti diġà għandek. B'dan il‑mod, meta l‑istudenti jinqasmu fi gruppi, inkunu nistgħu niġbrukom ma' studenti oħra li bejn wieħed u ieħor ikollhom l‑istess livell ta' ħiliet.

Inti mitlub twieġeb għall‑mistoqsijiet KOLLHA. Tinsiex tittajpja ismek u kunjomok.

Malli twieġeb il‑mistoqsijiet kollha, ikklikkja l‑buttuna Ibgħat.

Jekk ikollok bżonn tbattal it-tweġibiet kollha f'salt, ikklikkja l‑buttuna Ħassar.

 Ftit għajnuna:

Agħżel XEJN jekk qatt ma smajt b'din il‑faċilità jew qatt ma ħdimt biha.

Agħżel FTIT jekk għandek xi esperjenza ta' din il‑faċilità iżda tħoss li m'għandekx kontroll komplut fuqha.

Agħżel SEW jekk tuża din il‑faċilità ta' spiss u tħoss li tista' tużaha b'ċerta kunfidenza.

Wieġeb dawn il‑mistoqsijiet KOLLHA:

Isem:  
Kunjom:  
E-mail:  

1. Liema Operating System (OS) tuża?
 Win XP; Win Vista/7; Linux (eż. Ubuntu); Mac OS X

Kemm taħseb li inti midħla ta' dawn il‑ħiliet:

2. Kemm taf tuża l‑Malti fl‑OS?
 Xejn; Ftit; Sew

3. Kemm taf tuża l‑Unicode (UTF-8) fl‑Internet?
 Xejn; Ftit; Sew

4. Kemm taf tissettja l‑lingwa fil‑Word jew worprocessor ieħor?
 Xejn; Ftit; Sew

5. Kemm taf tuża l‑Find and Replace?
 Xejn; Ftit; Sew

6. Kemm taf tuża l‑AutoCorrect?
 Xejn; Ftit; Sew

7. Kemm taf tuża t-Track Changes?
 Xejn; Ftit; Sew

Fuq


Materjal oriġinali
© Norman C. Borg, 2009-2011