Proċedura
Dan huwa eżami mid-dar. Għalkemm tista’ tuża dizzjunarji, kotba u materjal ieħor, waqt l-eżami ma tistax tikkonsulta studenti jew nies oħra. Wara l-eżami l-Bord tal-Eżaminaturi jista’ jsejjaħlek għal intervista biex jiddiskuti xogħlok. Din tgħodd għal kull eżami mid-dar.
Jekk matul l-eżami ssib xi diffikultà, tiktibx lil-lettur/i tiegħek. Ikkuntattja minnufih lis-Segretarju tad-Dipartiment tal-Malti, malti.arts@um.edu.mt jew 2340 3303, jew lid-Direttur tal-Fakultà tal-Arti, is-Sa Doreen Attard, fuq in-numru 2340 3082. Jekk tagħmel kuntatt mal-letturi waqt l-eżami tkun qed tikser il-Kodiċi tal-Unur.
Aqra l-istruzzjonijiet sew. Meta tlesti xogħlok, tellgħu fil-WISEflow. Tħallix għall-aħħar biex ittellgħu.
Waqt l-eżami żomm il-mobile ħdejk għax l-Università tista’ tibgħatlek avviżi importanti b’SMS. Il-laptop żommu ċċarġjat ħalli jekk jinqata’ d-dawl tkun tista’ tibqa’ taħdem għal xi sigħat.
Biex ma titlifx xogħlok, nagħtuk parir li, qabel ma tibda tikteb, tagħti isem lid-dokument u tissejvjah. Importanti li tattiva l-funzjoni awtomatika li tissejvjalek ix-xogħol regolarment. Inħeġġuk ukoll toħloq kopja tad-dokument f’sistema oħra billi tpoġġih f’folder li jissinkronizza ma’ sistema bħad-Dropbox jew il-Box, inkella billi kull tant ħin tikkopja d-dokument fuq flash drive jew network drive.
Lura għall‑Iskeda |