X'se jiġri waqt l-eżami prova?
Waqt l-eżami prova se jiġri eżatt dak li se jiġri fl-eżami. Se tingħata kont temporanju biex tidħol bih, u se jkollok l-istruzzjonijiet meħtieġa biex issib il-karta fuq is-server, taħdimha u terġa' taħżinha.
Se jingħatalek eżatt l-istess żmien li jkollok qabel l-eżami biex tidħol fil-kont temporanju u taċċerta ruħek li s-sistema qed taħdem tajjeb.
Wara jkollok l-istess ħin daqs l-eżami biex taħdem il-karta. It-tutur se jkun preżenti l-ħin kollu waqt l-eżami prova, imma mhux waqt l-eżami proprja.
Malli jispiċċa l-eżami se jkun hemm ħin għal diskussjoni mat-tutur rigward xi problemi li jistgħu jinqalgħu (tekniċi jew dwar il-karta).
Lura għall‑Iskeda |