Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1010 Għajnuniet Bażiċi għar-Riċerka

Vetrina | Materjal | Riżorsi | Skeda | Ħoloq | Macros

normancborg@gmail.com

Bħalissa qiegħed hawn: Vetrina > MAL1010 > Materjal

Sit elettroniku: verżjoni 2.3


Il‑materjal kollu f'dan is-sit elettroniku huwa miġbur f'fajls ikkompressati bis‑sistema ZIP u li jiftħu awtomatikament fil‑kompjuter malli jitniżżlu. Tiġi mitlub tagħti ċavetta elettronika (password) biex tiftaħ xi fajls minnhom. Din iċ-ċavetta tingħatalek waqt il‑lezzjonijiet.

 Kif tniżżel il‑materjal:

  1. Ikklikkja fuq l‑istampa tal‑fajl.

  2. Agħżel Open.

  3. Ikklikkja Unzip.

  4. Ittajpja ċ-ċavetta elettronika meta tiġi mitlub.

  5. Ikklikkja OK meta jidher il‑messaġġ li l‑proċess huwa komplut, u Close biex toħroġ mill‑WinZip Self-extractor.

Il‑fajls kollha għandek issibhom ġo folder f'C:/MAL1010/.

Ikkuntattjani jekk issib xi diffikultà.

 Il‑VLE tal‑Università

Jekk ikollok problema biex tniżżel il‑materjal minn dan is-sit, ftakar li tista' taċċessa l‑istess materjal mill‑VLE tal‑Università

 Noti għall‑kors :: Verżjoni 4.0

Ikklikkja l‑istampa t'hawn taħt biex tniżżel in-noti għall‑kors.

Niżżel in-Noti tal‑kors (verżjoni 2) Dokument: MAL1010notiV4.exe - Daqs tal‑fajl: 1Mb

 Dokumenti għat-Taħriġ

Matul il‑kors se jingħataw xi testi biex tkun tista' taħdem fuqhom waqt il‑lezzjonijiet. Dawn tista' tniżżilhom minn hawn bħala dokumenti tal‑Word biex, jekk trid, tipprattika fuqhom id-dar ukoll.

Ikklikkja l‑istampa t'hawn taħt biex tniżżilhom.

Niżżel il‑fajl 1010RicerkaBazikaTahrig.exe Pakkett: 1010RicerkaBazikaTahrig.exe - Daqs tal‑fajl: 106kb

Lista ta' dokumenti għat-taħriġ li jinsabu f'dan il‑pakkett:

T01RapportProgett.doc
T02BijografijaPawluMizzi.docx
T03Biblijografija.pdf
T04Kummenti.doc

Kull dokument jiffoka fuq xi elementi partikulari li se nkunu qed niddiskutu fil‑lekċers.

 Tipa Maltija:

Dokument: T01RapportProgettdoc
Dokument: T02BijografijaPawluMizzi.docx

  1. Għal kull dokument ara tistax tidentifika t-tipa oriġinali li biha nkiteb id-dokument u biddilha f'tipa tal‑Unicode biex taqleb il‑karattri speċjali f'ittri Maltin.
  2. Eħles mir-rigi l‑ħomor taħt il‑vrus.

 Stili:

Dokument: T01RapportProgett.doc
Dokument: T02BijografijaPawluMizzi.docx

  1. Għal kull dokument fassal stil ġdid skont il‑Gwida għat-teżijiet u użah fid-dokument. Jekk id-dokument għandu sezzjonijiet differenti jista' jkollok bżonn toħloq aktar minn stil wieħed.

 Biblijografija u referenzi:

Dokument: T02BijografijaPawluMizzi.docx
l‑istudent li kiteb din is-silta sab xi problemi kif jippreżenta r-referenzi. Din hija l‑għajnuna li talab lit-tutur: Sibt diffikultà fir-referenzi. Peress li "Il‑ħajja f'Għawdex" m'għandux awtur wieħed, ma kontx naf kif niktbu eżatt fir-referenzi. Ħadt ukoll xi informazzjoni minn ktieb jismu "Il‑Parroċċa t'Għawdex", fejn ma ktibtx il‑paġni (peress li l‑informazzjoni kienet fuq il‑qoxra). Tajjeb hekk?

  1. Dan id-dokument għandu r-referenzi ppreżentati bħala footnotes. Oħloq biblijografija minn dawn il‑footnotes, poġġiha wara nett tad-dokument u neħħi l‑footnotes.
  2. Kif tista' ssolvi l‑problemi msemmija mill‑istudent hawn fuq?
  3. Hemm problema partikulari bir-referenza għall‑"Maltese Biographies". X'inhi? Kif tista' tiġi evitata?

 Biblijografija (Taħriġ 03):

Dan id-dokument għandu xi informazzjoni dwar riżorsi miġbura waqt riċerka. Għandek torganiżża l‑informazzjoni b'tali mod li taqbel mal‑istil tal‑MLA (verżjoni 2009). Uża d-dokument biex toħloq biblijografija fil‑Word 2007.

Il‑biblijografija tista' ssir xorta waħda fil‑Word 2003 jew fl‑OpenOffice.org Writer, iżda f'dan il‑każ ikollok tagħmilha manwalment u jkollox bżonn toqgħod attent għar-regoli tal‑MLA.

Ikklikkja hawn biex tara mudell maħdum ta' din il‑biblijografija. Dan il‑mudell isegwi l‑aħħar aġġornamenti skont l‑MLA 7 maħruġ fl‑2009.

 Kummenti (Taħriġ 04):

Dan id-dokument fih ħafna kummenti - immaġina li t-tutur tiegħek jibgħatlek lura kapitlu tat-teżi tiegħek li ssottomettejt. Segwi l‑kummenti u agħmel b'tali mod li fl‑aħħar verżjoni ma jibqgħux jidhru. Il‑karta tal‑eżami għal din it-taqsima studju se tixbah ħafna lil dan it-tip ta' dokument.

 Karta Mudell Jannar 2010:

Din hija l‑karta li ħarġet għall‑eżami tal-2010. Hemm il‑karta ta' istruzzjonijiet li tingħata bħala hard copy lill‑istudent waqt l‑eżami u żewġ dokumenti elettroniċi li l‑istudent ikollu jniżżel minn fuq is-server, jaħdem fuqhom u jerġa' jtellagħhom fuq is-server. Il‑fajls li għandek taħdem fuqhom huma ta' format .doc (Word 2003).

 Karta Mudell Jannar 2011

Din hija l‑karta li ħarġet għall‑eżami tas-sena l‑oħra. Hemm il‑karta ta' istruzzjonijiet li tingħata bħala hard copy lill‑istudent waqt l‑eżami u żewġ dokumenti elettroniċi li l‑istudent ikollu jniżżel minn fuq is-server, jaħdem fuqhom u jerġa' jtellagħhom fuq is-server. Il‑fajls li għandek taħdem fuqhom huma ta' format .doc (Word 2003), iżda jaħdmu wkoll fil-Word 2007 u 2010.

 

 Tiftix fuq l‑Internet bil‑Google:

  1. Ikteb "Ir-Romantiċiżmu" (mingħajr il‑virgoletti) u agħżel "Fittex fuq l‑Internet". Osserva r-riżultati.
  2. Ikteb "Ir-Romantiċiżmu" (mingħajr il‑virgoletti) u agħżel
    "Fittex paġni minn Malta". Ir-riżultati huma l‑istess bħal f'1?
  3. Ikteb "Romantiċiżmu" (mingħajr l‑artiklu); qabbel
    ir-riżultati mat-tifittxijiet ta' qabel. Osserva t-total ta' paġni
    misjuba.
  4. Agħmel tiftixa fuq Mikiel Anton Vassalli mingħajr ma ttella' riżultati mill‑Wikipedia u siti li jikkonċernaw Ħaż-Żebbuġ.
  5. Fittex dokumenti tal‑format PDF dwar Karmenu Vassallo. Ittellagħx dokumenti dwar personaġġi oħra li jisimhom "Karmenu" jew "Vassallo".

Fuq


Macros

Il‑VLE tal‑Università

 Qarrej tal‑PDF

Jista' jkollok bżonn tinstalla qarrej tal‑PDF biex tkun tista' tara l‑fajls tal‑format PDF. Ikklikkja l‑istampa t'hawn taħt biex tinstalla wieħed fuq il‑kompjuter.

Niżżel u nstalla l‑Foxit PDF Reader

Materjal oriġinali
© Norman C. Borg, 2009-2011