Għodod Elettroniċi għall-Malti

MAL1010 Għajnuniet Bażiċi għar-Riċerka


 Skeda tal‑Eżami Prova

Dati:
Grupp 1: 04/11/2019
Grupp 2: 25/11/2019

Ħin:
18:00 - 20:00

Tul: Sagħtejn

Post: TR003

 

 Skeda tal‑Eżami

Data: 03 Frar 2010

Ħin: 17:30 - 18:35

Tul: siegħa u ħames minuti

Post:
TR003; TR104; TR105

 

 Proċedura

  • Huwa importanti li tiġu għall-eżami mill-inqas 20 minuta qabel ħalli tilħqu tidħlu bil-UserID temporanju tagħkom u naraw li s-sistema tkun qed taħdem sewwa.
  • Biex issibu postkom fittxu isimkom fuq il-listi li jkun hemm mal-bibien tal-laboratorji.
  • Qabel l-eżami tingħatalkom folja bl-istruzzjonijiet biex tidħlu b'kont elettroniku temporanju, b'UserID u password ġodda. Fl-eżami m'intomx se tużaw il-UserID tagħkom personali.
  • Dan il-UserID se jkollu miegħu index number. Eż., fil-UserID "maltiexam123" l-index number huwa "123". Fuq din il-karta iktbu n-numru tal-identitą tagħkom. Waqt l-eżami din il-karta tinġabar mill-inviġilaturi.
  • Malli jibda l‑eżami tingħatalkom folja oħra bl‑istruzzjonijiet għall-eżami.
  • Se tiġu mitluba ttellgħu żewġ dokumenti li jkollhom l-istess index number tal-kont tagħkom, eż.123_MAL1010jan2020.docx

  X'inhu mistenni fl‑eżami?

Din it-taqsima studju se tkun assessjata b’eżami prattiku fuq il-kompjuter.

L-eżami jkun ta’ siegħa. Se tiġi mitlub ittella’ dokument mis-server tal-Universitą u taħdem fuqu skont kif tkun mitlub, u terġa’ tissejvjah fuq l-istess server b'isem differenti.

Dawn in-noti jinkludu informazzjoni varja li inti tista’ ssib utli waqt li tkun qed taħdem fuq l-assenjamenti u t-teżi tiegħek, madankollu l-eżami mhux se jkopri dawn id-dettalji kollha. Għall-eżami biżżejjed tistħarreġ sew f’dawn is-sezzjonijiet:

  • Sezzjoni 4: Biex tuża l-alfabett Malti
  • Sezzjoni 7: L-istil tat-test
  • Sezzjoni 8: Il-Marġini ta’ dokument
  • Sezzjoni 9: Headers, footers u paġinazzjoni
  • Sezzjoni 11: Referenzi u biblijografija
  • Sezzjoni 12: Eżempji tal-istandard MLA
  • Sezzjoni 13: Eżempji tal-istandard APA 6
  • Sezzjoni 14: L-istandards internazzjonali (MLA/APA) u l-istili lokali

Lura għall‑Iskeda

Fuq

  X'se jiġri waqt l-eżami prova?

Waqt l-eżami prova se jiġri eżatt dak li se jiġri fl-eżami. Se tingħata kont temporanju biex tidħol bih, u se jkollok l-istruzzjonijiet meħtieġa biex issib il-karta fuq is-server, taħdimha u terġa' taħżinha.

Se jingħatalek eżatt l-istess żmien li jkollok qabel l-eżami biex tidħol fil-kont temporanju u taċċerta ruħek li s-sistema qed taħdem tajjeb.

Wara jkollok l-istess ħin daqs l-eżami biex taħdem il-karta. It-tutur se jkun preżenti l-ħin kollu waqt l-eżami prova, imma mhux waqt l-eżami proprja.

Malli jispiċċa l-eżami se jkun hemm ħin għal diskussjoni mat-tutur rigward xi problemi li jistgħu jinqalgħu (tekniċi jew dwar il-karta).

Lura għall‑Iskeda

Fuq

Riżorsi

HTML link VLE

HTML link Dipt. tal-Malti (Universitą)

HTML link Step-by-step Guide to Create a User-friendly Digitized Dissertation [SSG]
HTML link Electronic Thesis & Dissertation [ETD]

HTML link Tagħrif dwar it-teżi

PDF file Works cited: MLA 7 Style

HTML link MLA 7 Tagħrif dettaljat

PDF file Works cited: APA 6 Style

HTML link APA 6 Tagħrif dettaljat

PDF file Ċekkjatura tax-xogħol Uża din għal kull assenjament u għat-teżi qabel ma tissottomettihom.


HTML link RefWorks
HTML link EasyBib
HTML link Korpus tal-Malti (MLRS)
HTML link Il-Ġabra
HTML link Ċekkjatur MLUG

PDF file Guidelines about plagiarism
PDF file How to avoid plagiarism
PDF file Dikjarazzjoni ta' Awtentiċitą

HTML link Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Paġna FaceBook KelmaKelma


Materjal oriġinali © Norman C. Borg, 2009-2021