Drittijiet tal-Awtur © 2013 Norman C. Borg

kotbafilbut@gmail.com

Norman C. Borg

Norman C. Borg għamel erbatax-il sena jgħallem fi skola primarja tal-gvern, sitt snin assistent kap ta’ skola u aktar tard sitt snin bħala uffiċjal edukattiv mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, fejn għen lill-għalliema tal-iskejjel primarji jintegraw l-użu tal-kompjuter u tal-Internet fit-tagħlim tagħhom.

Bħalissa jaħdem bħala għalliem tal-Ingliż fi skola tal-lingwi lokali kif ukoll bħala lettur mistieden tad-Dipartiment tal-Malti, l-UniversitÓ ta’ Malta, fejn jagħti lezzjonijiet dwar l‑użu ta’ għodod elettroniċi għal riċerka u qari tal-provi tal-Malti. Huwa wkoll membru tal-Kumitat Tekniku għall-Iżvilupp tal-Malti fl-Informatika.

Matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet kiteb bosta stejjer għat-tfal, ħafna minnhom ippubblikati fir-rivista Sagħtar maħruġa mill-Malta Union of Teachers. Barra minn stejjer oriġinali ħareġ ukoll adattamenti ta’ stejjer klassiċi bħal Is-Saħħar ta’ Oż. Huwa koawtur ukoll tal-ktieb Tużżana (Merlin Publishers, 1998). Ma' awturi u illustraturi oħra kkollabora wkoll fil-produzzjoni ta' comics bħal Avventura (1981) u Il-Komik (1983-1984).

Bħalissa l-proġett ewlieni tiegħu hu li, barra milli joħroġ materjal ġdid, jirrevedi bosta mill-proġetti l-antiki billi jaġġornahom u jimmodernizzahom għat-tfal ta’ llum, u jippubblikahom mill-ġdid f’format elettroniku.

Fuq