Apparat elettroniku li jaqra kotba PDF

Jekk għandek wieħed minn dawn l-apparati tista' taqra
l-Kotba fil-But!

Apple iPhone/iPod
Bebook (Endless Ideas)
Blackberry Devices
COOL-ER eReader
Cybook Gen 3
Cybook Opus
Digital Reader 1000
Ebook (Elonex)
eSlick (Foxit Software)
EZ Reader (Astak)
iLiad
iPad
Jetbook (Ectaco)
Kindle (Amazon)
Linux OS
Mac OS
Nook
Palm OS PDAs
Papyrus (Samsung)
Sony PRS-300SC
Sony PRS-505
Sony PRS-600BC
Sony PRS-700
Windows Mobile OS PDAs
Windows PC/PocketPC

Drittijiet tal-Awtur © 2013 Norman C. Borg

kotbafilbut@gmail.com

Kif naqrahom?

 Format wieħed - PDF

Għalkemm il-kotba tista' taqrahom fuq ħafna apparati elettroniċi differenti, għażilt li nuża format elettroniku wieħed (il-PDF) li jista' jinqara minn kwalunkwe apparat. Il-ktieb tista' tniżżlu anki fuq kompjuter jew laptop normali. Biss biex tkun tista' taqra l-ktieb ikollok bżonn tinstalla programm apposta għalih.

Fuq il-kompjuters dan il-programm ġeneralment huwa l-Acrobat Reader, u ħafna drabi ssib li huwa diġ stallat. Jekk il-kompjuter tiegħek m'għandux l-Acrobat Reader, tista' tmur fuq il‑ħolqa li tinsab hawn isfel biex tieħdok fuq is-sit minn fejn tista' tniżżlu u tistallah. Segwi l-istruzzjonijiet li ssib fuq dak is-sit biex tagħmel dan.

Programm ieħor li tista' tuża għalhekk huwa l-Calibre eBook Management.

Għal ħafna mill-qarrejja elettroniċi żgħar (l-ereaders), għalkemm ħafna minnhom għandhom il-format speċjali tagħhom, il-format PDF huwa tajjeb xorta waħda. Għalhekk m'għandux ikollok problemi. Ġeneralment dawn ikunu diġ pprogrammati biex jagħrfu dokument PDF. Jekk le, segwi l-istruzzjonijiet tal-ereader tiegħek biex tara kif tagħmel. Jekk ma tafx tagħmel dan waħdek itlob lill-ġenituri tiegħek biex juruk kif tagħmel.

Jekk ikollok xi problema teknika, ibgħat għidli ħalli nkunu nistgħu nsolvuha. M'għandix l-esperjenza tal-apparat kollu li jeżisti, imma xi ħaġa nippruvaw!

Fuq il-lemin hemm lista sħiħa tal-apparat elettroniku li jista' jagħraf kotba bil-format PDF.

Fuq

 Programmi li jaqraw kotba PDF

Niżżel il-programm Acrobat Reader                     Niżżel il-programm Calibre

 Kif tikkopja PDF minn apparat għal ieħor

Ikklikkja hawn biex tkun taf kif tikkopja l-PDF minn fuq PC għal ġol-Kindle, Nook, iPad jew Tablet PC li jaħdem bl-Android.

Fuq