Għodod Elettroniċi għall-Malti

Norman C. Borg

Vetrina | MAL1048 | MAL1010 | MAL3010 | Macros

normancborg@gmail.com

Bħalissa qiegħed hawn: Vetrina > Macros

Sit elettroniku: verżjoni 2.1


Macros għal MAL1048

Il-module u d-dokumenti għall-Microsoft Word (103 K)

Il-module u d-dokumenti għall-OpenOffice.org Writer (272 K)

Kemm fil-Microsoft Word kif ukoll fl-OpenOffice.org Writer tista' tirrekordja sensiela ta' operazzjonijiet ħalli darb' oħra tħaddimhom kollha f'salt bi klikkjatura waħda. Dawn huma l-macros.

Il-Word u l-OpenOffice jużaw sistemi differenti ta' kodiċi biex iħaddmu l-macros tagħhom, għaldaqstant hawnhekk għandek il-kodiċi differenti għal dawn il-programmi.

Il-fajl iżżippjat li tniżżel għandu fih il-module (jew kodiċi) biex tinstalla fil-word processor (l-istruzzjonijiet issibhom fin-noti, Folja 22). Barra minn hekk għandu wkoll sensiela ta' dokumenti prova, biex tkun tista' tħaddem il-macros fuqhom.

F'din il-verżjoni il-fajls għandhom tmien macros.

Il-macros huma ta' dominju pubbliku u tista' tinstallahom fuq kwalunkwe kompjuter. Dawn il-fajls m'għandekx bżonn ċavetta elettronika biex tniżżilhom.

 arius2unicode

Din il-macro tbiddel it-tipi tal-alfabett Malti minn Arius (u t-tipi kollha tal-istess familja maħluqa mis-Sur Karistu Abela fl-1998) għal tipi li jaħdmu bil-Unicode.

 Decizjonijiet1Kap5

Din il-macro tirreferi għat-tibdiliet li jidhru f'kapitlu 5 tad-dokument Deċiżjonijiet 1 (paġni 10-11). Użaha fuq dokumenti lesti biex tbiddel awtomatikament mill-ortografija l-qadima għal dik il-ġdida. B'kollox tiċċekkja 62 kelma.

 GolMalSalTal

Din il-macro taġġorna dokumenti li kienu nkitbu qabel il-pubblikazzjoni tar-regoli l-ġodda tal-ortografija, skont id-dokument Deċiżjonijiet 1 (Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti 2008).
Il-macro naturalment ma taġġornax kollox. Tiffoka fuq it-tagħqid tal-partiċelli ġo, ma', sa u ta' mal-artiklu.

 simple2smartquotes

Din il-macro għandha tliet funzjonijiet:

  1. Tixgħel awtomatikament l-iSmart Quotes fl-AutoFormat As You Type.
  2. Tgħarbel id-dokument u tbiddel il-virgoletti dritti ma' dawk li jiftħu u jagħlqu (smart quotes).
  3. Terġa' tgħarbel id-dokument biex issewwi d-diskrepanza tal-apostrofu mal-prepożizzjoni ('l u 'il).

 singmalkelma

Din il-macro tbiddel is-sing normali ma' nonbreaking hyphen, biex l-artiklu u l-kelma jibqgħu flimkien anke f'tarf ta' vers.

 spazjidoppji

Din il-macro tnaddaf id-dokument minn spazzji żejda. Għandha dawn il-funzjonijiet:

  1. Tneħħi spazji żejda wara punteġġjatura bħall-punt, punt ta' esklamazzjoni u punt interrogattiv.
  2. Tneħħi spazji żejda f'partijiet oħra ta' sentenza.

Fejn hemm aktar minn spazju żejjed wieħed fid-dokument, ħaddem il-macro aktar minn darba. Qabel ma tħaddem il-macro tista' tixgħel il-funzjoni Show/Hide biex tara fejn jinsabu l-ispazji żejda fid-dokument.

  tabone2unicode

Din il-macro tbiddel it-tipi tal-alfabett Malti minn Malta (u t-tipi kollha tal-istess familja maħluqa minn Tabone Computer Centre fl-1993) għal tipi li jaħdmu bil-Unicode.

 tornado2unicode

Din il-macro tbiddel it-tipi tal-alfabett Malti minn Tornado (u t-tipi kollha tal-istess familja maħluqa mill-Advanced Projects Ltd / Eurosoft fl-1992) għal tipi li jaħdmu bil-Unicode.

Fuq


Kif tniżżel il-fajls:

  1. Ikklikkja fuq l-istampa tal-fajl.

  2. Agħżel Open.

  3. Ikklikkja Unzip.

  4. Ikklikkja OK meta jidher il-messaġġ li l-proċess huwa komplut, u Close biex toħroġ mill-WinZip Self-extractor.

Il-fajls kollha għandek issibhom ġo folder f'C:/ghodmal/.

Ikkuntattjani jekk issib xi diffikultà jew jekk ħloqt xi macro li tixtieq taqsam mal-kollegi tiegħek.

Il-VLE tal-Università

Il-Grupp Google tal-Qarrejja tal-Provi

Materjal oriġinali
© Norman C. Borg, 2009-2010