Għodod Elettroniċi għall-Malti

Norman C. Borg

Vetrina | MAL1048 | MAL1010 | MAL3010 | Macros

normancborg@gmail.com

l‑aħħar aġġornament: 22  ta' Jannar, 2012

Sit elettroniku: verżjoni 2.3


Illum il‑ġurnata qarrej tal‑provi x'aktarx jirċievi t-test oriġinali f'format elettroniku u jintalab jikkoreġih bl‑istess mezz. Illum jeżistu bosta mezzi (l‑aktar programmi ta' software) biex jintlaħqu dawn l‑għanijiet, imma l‑esperjenza turi li mhux kollha huma magħrufa bl‑istess mod mill‑qarrejja tal‑provi u minn studenti universitarji li jkollhom bżonnhom għat-tifsil ta' assenjamenti u teżijiet.

F'dawn il‑korsijiet jiġi spjegat kif jaħdmu dawn il‑mezzi u l‑vantaġġi tagħhom. Tiġi diskussa wkoll il‑problema tal‑karattri Maltin u l‑inkompatibilità tas-sistemi eżistenti bejniethom.

Permezz ta' għadd ta' sigħat fil‑laboratorju tal‑kompjuter, l‑istudenti jitħarrġu fil‑qari tal‑provi u fit-tifsil ta' assenjamenti u teżijiet permezz tal‑elettronika. Dan is-sit jikkumplimenta l‑programm billi joffri aktar riżorsi elettroniċi marbutin mal‑lezzjonijiet.


Agħżel il‑kors tiegħek...

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall‑Qari tal‑Provi MAL1010 Għodod Bażiċi għar-Riċerka MAL3010 Għodod Avvanzati għar-Riċerka

 

Materjal oriġinali
© Norman C. Borg, 2009-2011