Għodod Elettroniċi għall-Malti

Norman C. Borg

Vetrina | MAL1048 | MAL1010 | MAL3010 | Macros

normancborg@gmail.com

L-aħħar aġġornament: 30 ta' Ottubru 2010

Sit elettroniku: verżjoni 2.1


Illum il-ġurnata qarrej tal-provi x'aktarx jirċievi t-test oriġinali f'format elettroniku u jintalab jikkoreġih bl-istess mezz. Illum jeżistu bosta mezzi (l-aktar programmi ta' software) biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, imma l‑esperjenza turi li mhux kollha huma magħrufa bl-istess mod mill-qarrejja tal-provi u minn studenti universitarji li jkollhom bżonnhom għat-tifsil ta' assenjamenti u teżijiet.

F'dawn il-korsijiet jiġi spjegat kif jaħdmu dawn il-mezzi u l-vantaġġi tagħhom. Tiġi diskussa wkoll il-problema tal‑karattri Maltin u l-inkompatibilità tas-sistemi eżistenti bejniethom.

Permezz ta' għadd ta' sigħat fil-laboratorju tal-kompjuter, l-istudenti jitħarrġu fil-qari tal-provi u fit-tifsil ta' assenjamenti u teżijiet permezz tal-elettronika. Dan is-sit jikkumplimenta l-programm billi joffri aktar riżorsi elettroniċi marbutin mal-lezzjonijiet.


Agħżel il-kors tiegħek...

MAL1048 Għodod Elettroniċi għall-Qari tal-Provi MAL1010 Għodod Bażiċi għar-Riċerka MAL3010 Għodod Avvanzati għar-Riċerka

 

Materjal oriġinali
© Norman C. Borg, 2009-2010